22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Okresný súd Bardejov (is-Slovakkja) fis-26 ta’ Marzu 2013 — Pohotovosť s.r.o. vs Ján Soroka
(Kawża C-153/13)
2013/C 178/04
Lingwa tal-kawża: is-Slovakk
Qorti tar-rinviju
Okresný súd Bardejov
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Pohotovosť s.r.o.
Konvenut: Ján Soroka
Domandi preliminari
(1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 93/13”), moqrija flimkien mal-Artikoli 47 u 38 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal dik inkwistjoni f’din il-kawża, li ma tippermettix lil persuna ġuridika, maħtura sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi, li tintervjeni fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni sabiex jiġi żgurat li jkun protett konsumatur li huwa s-suġġett ta’ proċeduri għall-irkupru ta’ dejn li jirriżulta minn kuntratt ta’ konsum u li ma huwiex irrappreżentat minn avukat?
(2)
Id-disposizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni msemmija fil-punt preċedenti għandhom jiġu interpretati fis-sens li d-dritt fundamentali għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva tal-konsumatur u tal-intervenjenti, kif stabbilit fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, huwa miksur meta persuna ġuridika maħtura sabiex tipproteġi d-drittijiet tal-konsumaturi ma hijiex awtorizzata tintervjeni fil-proċeduri ta’ eżekuzzjoni u li l-konsumatur ma huwiex irrappreżentat minn avukat?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
Full & Egal Universal Law Academy