29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia (l-Italja) fid-29 ta’ Marzu 2013 — Idrodinamica Spurgo Velox et vs Acquedotto Pugliese SpA
(Kawża C-161/13)
2013/C 189/04
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Puglia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Idrodinamica Spurgo Velox et
Konvenut: Acquedotto Pugliese SpA
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 1, 2a, 2c u 2f tad-Direttiva 1992/13/KEE (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-terminu għall-preżentata ta’ rikors intiż sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-leġiżlazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi jibda jiddekorri mid-data li fiha r-rikorrent sar jaf, jew bl-użu ta’ diliġenza normali kellu jsir jaf, bl-eżistenza ta’ dan il-ksur?
(2)
L-Artikoli 1, 2a, 2c u 2f tad-Direttiva 1992/13/KEE jipprekludu dispożizzjonijiet proċedurali nazzjonali jew prassi ta’ interpretazzjoni […], li jippermettu lill-qorti tiddikjara inammissibbli rikors intiż sabiex jiġi kkonstatat ksur tal-leġiżlazzjoni dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi, meta, minħabba l-imġiba tal-awtorità kontraenti, ir-rikorrent sar jaf bil-ksur wara l-komunikazzjoni formali tal-punti essenzjali tad-deċiżjoni definittiva ta’ għoti?
(1) Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni; ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315.
Full & Egal Universal Law Academy