15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-2 ta’ April 2013 — T Mobile Phone’s BV; parti oħra: Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-164/13)
2013/C 171/38
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: T Mobile Phone’s BV
Parti oħra: Staatssecretaris van Financiën
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni Ewropea jimponi fuq l-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali l-obbligu li jirrifjutaw il-benefiċċju tad-dritt ta’ tnaqqis meta fatti oġġettivi juru li tkun saret frodi tal-VAT fi provvista ta’ beni u li l-persuna taxxabbli kienet taf jew kellha tkun taf bil-parteċipazzjoni tagħha fiha, fil-każ li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix id-dekadenza ta’ dan id-dritt f’ċirkustanzi simili?
Full & Egal Universal Law Academy