8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires (il-Belġju) fis-27 ta’ Marzu 2013 — Jean Devillers
(Kawża C-167/13)
2013/C 164/21
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil régional d’expression française de l’ordre des médecins vétérinaires
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jean Devillers
Domanda preliminari
L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport (1) u [l-punti 1, 2 u 3 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-imsemmi regolament,], li jagħtu preċedenza lil opinjoni ta’ veterinarju fil-każ ta’ dubju fir-rigward tal-kapaċità ta’ annimal midrub li jiġi ttrasportat, u b’mod iktar speċifiku fir-rigward tal-evalwazzjoni tat-tbatija supplementari li jikkawża t-trasport, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-Artikolu 11(4) tad-Digriet Irjali tad-9 ta’ Lulju 1999, dwar il-protezzjoni tal-annimali matul it-trasport (2), li jawtorizza t-trasport ta’ annimal midrub biss jekk it-trasport ma jagħtix lok għal tbatija inutli, u xejn iżjed?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005, tat-22 ta’ Diċembru 2004, dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u operazzjonijiet relatati u li temenda d-Direttivi 64/432/KEE u 93/119/KE u r-Regolament (KE) Nru 1255/97 (ĠU L 3, p. 1)
(2) Digriet Irjali, tad-9 ta’ Lulju 1999, dwar il-kundizzjonijiet għar-reġistrazzjoni tat-trasportaturi u ta’ għażla tan-negozjanti, tal-punti ta’ waqfa u taċ-ċentri ta’ marshalling (Moniteur belge, 2 ta’ Settembru 1999, p. 32437).
Full & Egal Universal Law Academy