1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil Constitutionnel (Franza) fl-4 ta’ April 2013 — Jeremy F. vs Il-Prim Ministru
(Kawża C-168/13)
2013/C 156/38
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil Constitutionnel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Jeremy F.
Konvenut: Prim Ministru
Domanda preliminari
L-Artikoli 27 u 28 tad-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/JHA, tat-13 ta’ Ġunju 2002, fuq il-mandat ta’ arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li l-Istati Membri jipprevedu rimedju li jissospendi l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni tal-awtorità ġudizzjarja li tiddeċiedi, f’terminu ta’ tletin jum li jibda jiddekorri mill-preżentata tat-talba, kemm biex tagħti l-kunsens tagħha għall-prosekuzzjoni, kundanna jew detenzjoni ta’ persuna bil-għan tal-eżekuzzjoni ta’ sentenza ta’ kustodja jew ordni ta’ detenzjoni, għal ksur imwettaq qabel ma tiġi ċeduta b’riżultat ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, apparti minn dak li mmotiva ċ-ċediment tagħha, kif ukoll għal ċediment ta’ persuna lil Stat Membru li ma huwiex l-Istat Membru ta’ eżekuzzjoni, taħt mandat ta’ arrest Ewropew maħruġ għal ksur imwettaq qabel ma tiġi ċeduta?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 6 p. 34.
Full & Egal Universal Law Academy