15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/19
Rikors ippreżentat fil-5 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tal-Polonja
(Kawża C-169/13)
2013/C 171/39
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Yerrell u J. Hottiaux)
Konvenuta: Ir-Repubblika tal-Polonja
Talbiet
—
tiddikjara li, billi ma adottatx il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex tikkonforma ruħha mad-Direttiva 2002/15/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Marzu 2002, dwar l-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol ta’ ħaddiema li jwettqu attivitajiet mobbli tat-trasport fit-toroq, (1) fir-rigward ta’ sewwieqa li jaħdmu għal rashom, u f’kull każ billi ma nnotifikatx dawn id-dispożizzjonijiet lill-Kummissjoni, ir-Repubblika tal-Polonja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikoli 2(1), 3 sa 7 u 11 ta’ din id-direttiva;
—
tikkundanna lir-Repubblika tal-Polonja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Id-Direttiva 2002/15/KE ilha applikabbli għas-sewwieqa li jaħdmu għal rashom mit-23 ta’ Marzu 2009.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 224.
Full & Egal Universal Law Academy