22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-8 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv) vs M.S. Demirci et
(Kawża C-171/13)
2013/C 178/08
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Konvenuti: M.S. Demirci et,
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80 (1), b’riferiment għall-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi lis-sistema legali ta’ Stat Membru, bħall-Artikolu 4a TW (3) li jirrevoka s-servizz addizzjonali, mogħti skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, meta l-benefiċjarji tiegħu ma għadhomx iktar residenti fit-territorju ta’ dan l-Istat anki jekk kisbu n-nazzjonalità tal-Istat Membru ospitanti filwaqt li żammew in-nazzjonalità Torka?
(2)
Jekk, fir-risposta għall-ewwel domanda, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra li l-partijiet ikkonċernati jistgħu jinvokaw l-Artikolu 6(1) tad-Deċiżjoni 3/80, iżda fil-limiti stabbiliti mill-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali: l-Artikolu 59 tal-protokoll addizzjonali għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li jkompli jingħata l-benefiċċju addizzjonali liċ-ċittadini ta’ nazzjonalità Torka, bħall-partijiet ikkonċernati, mill-mument meta l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma tippermettix iktar liċ-ċittadini tal-Unjoni jitolbu dan anki jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ppermettiet liċ-ċittadini tal-Unjoni jkunu intitolati għal dan il-benefiċċju għal perijodu itwal ta’ żmien?
(1) Deċiżjoni Nru 3/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni, tad-19 ta’ Settembru 1980, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri tal-Komunitajiet Ewropej għall-ħaddiema Torok u l-membri tal-familja tagħhom (ĠU 1983, C 110, p. 60).
(2) Protokoll addizzjonali ffirmat fit-23 ta’ Novembru 1970 f’Brussell u konkluż, approvat u kkonfermat għan nom tal-Komunità bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2760/72, tad-19 ta’ Diċembru 1972 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 11, Vol. 11, p. 41).
(3) Toeslagenwet (liġi dwar benefiċċji addizzjonali li jiżguraw li persuna tirċievi l-paga minima).
Full & Egal Universal Law Academy