1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/24
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Riigikohus (l-Estonja) fit-28 ta’ Marzu 2013 — MTÜ Liivimaa Lihaveis vs Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee
(Kawża C-175/13)
2013/C 156/39
Lingwa tal-kawża: l-Estonjan
Qorti tar-rinviju
Riigikohus
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: MTÜ Liivimaa Lihaveis
Konvenuta: Eesti-Läti programmi 2007-2013 Seirekomitee
Terz: Ministeru tal-Intern tar-Repubblika tal-Estonja
Domandi preliminari
2.1.
Matul l-istabbiliment tal-kumitat ta’ monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 63(2) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006 (1) u fl-Artikolu 14(3) tar-Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006 (2), l-Istati Membri li jipparteċipaw fil-programm bejn l-Estonja u l-Latvja għall-perijodu 2007-2013 (Eesti-Läti programm 2007-2013), skont it-tielet sentenza tal-Artikolu 19(1) TUE u l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, huma meħtieġa jiddeterminaw, bi ftehim, liema qorti kompetenti tista’ tiddeċiedi rikorsi kontra d-deċiżjonijiet tal-kumitat ta’ monitoraġġ u l-liġi li abbażi tagħha għandhom jiġu deċiżi tali rikorsi?
2.2.
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għad-domanda 2.1, fl-assenza ta’ tali ftehim, il-fatt li qorti tal-Istat Membru tan-nazzjonalità tar-rikorrent tiddeċiedi dwar rikors kontra deċiżjoni tal-kumitat ta’ monitoraġġ fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali jikkonforma mal-Artikolu 63(2) tar-Regolament Nru 1082/2006?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, tal-11 ta’ Lulju 2006, li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta’ Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 2010, p. 25).
(2) Regolament (KE) Nru 1080/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ Lulju 2006, dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1783/1999 (ĠU L 210, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy