15.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 171/20
Appell ippreżentat fid-9 ta’ April 2013 mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) fid-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
(Kawża C-176/13 P)
2013/C 171/41
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellant: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: S. Boelaert u M. Bishop, aġenti)
Partijiet oħra fil-proċedura: Bank Mellat, Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba’ Awla) tad-29 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-496/10;
—
tiddeċiedi b’mod definittiv dwar il-każ u tiċħad ir-rikors ippreżentat minn Bank Mellat kontra l-miżuri kkontestati;
—
tikkundanna lil Bank Mellat għall-ispejjeż tal-Kunsill fil-proċeduri tal-ewwel istanza u ta’ dan l-appell.
Aggravji u argumenti prinċipali
Il-Kunsill jikkunsidra li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Jannar 2012 fil-Kawża T-496/10, Bank Mellat vs Il-Kunsill, hija vvizzjata bl-iżbalji ta’ liġi segwenti:
(1)
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet, fir-rigward tal-ammissibbiltà tar-rikors, li Bank Mellat seta’ jinvoka l-protezzjoni u l-garanziji tad-drittijiet fundamentali indipendentement minn jekk setax jiġi kkunsidrat bħala organu tal-Istat Iranjan;
(2)
Il-Qorti Ġenerali żbaljat meta ddeċidiet li uħud mir-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux preċiżi biżżejjed;
(3)
Il-Qorti Ġenerali applikat b’mod żbaljat il-ġurisprudenza dwar il-komunikazzjoni ta’ informazzjoni fil-fajl tal-Kunsill;
(4)
Il-Qorti Ġenerali kkunsidrat b’mod żbaljat li r-raġunijiet mogħtija għall-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Saderat ma kinux jissodisfaw il-kundizzjonijiet tan-nomima tiegħu fl-atti legali rilevanti u ma kinux immotivati, sa fejn:
—
naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni konstatazzjoni mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li tikkonċerna l-fatt li Bank Mellat ippermetta lill-entitajiet Iranjani fl-ambitu nukleari, ta’ missili u ta’ difiża li jwettqu tranżazzjonijiet;
—
naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni kif xieraq il-fatt li l-provi tas-sostenn ta’ Bank Mellat għall-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran joriġinaw minn sorsi kunfidenzjali;
—
żbaljat li kkunsidrat li l-ammissjoni tal-Bank Mellat, li pprovda servizzi bankarji lil entità involuta fl-attivitajiet ta’ proliferazzjoni nukleari tal-Iran qabel in-nomina tiegħu mill-Kunsill ta’ Sigurtà tan-Nazzjonijiet Unit, ma kinitx suffiċjenti sabiex tiġġustifika l-impożizzjoni ta’ miżuri restrittivi kontra Bank Mellat.
Full & Egal Universal Law Academy