29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-12 ta’ April 2013 — Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank vs L.F. Evans
(Kawża C-179/13)
2013/C 189/05
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Raad van bestuur van de Sociale verzekeringsbank
Konvenuta: L.F. Evans
Domandi preliminari
(1)
L-Artikoli 2 u/jew 16 tar-Regolament Nru 1408/71 (1) għandhom jiġu interpretati fis-sens li persuna bħal L.F. Evans, li hija ċittadina ta’ Stat Membru, li eżerċitat id-dritt ta’ moviment liberu tal-ħaddiema li huwa dritt tagħha, li fir-rigward tagħha kienet tapplika l-leġiżlazzjoni Olandiża fil-qasam tas-sigurtà soċjali u li sussegwentement ħadmet bħala membru tal-persunal fid-dipartiment tal-Konsulat Ġenerali tal-Istati Uniti tal-Amerka fil-Pajjiżi l-Baxxi, ma taqax iktar taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament Nru 1408/71 sa minn meta hija bdiet dawn l-attivitajiet?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fin-negattiv:
2a.
L-Artikoli 3 tar-Regolament Nru 1408/71 u/jew 7(2) tar-Regolament Nru 1612/68 (2) għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-applikazzjoni ta’ status ipprivileġġat fil-konfront ta’ L.F. Evans, li, f’dan il-każ jikkonsisti b’mod partikolari fl-assenza ta’ affiljazzjoni obbligatorja mal-assigurazzjonijiet soċjali u fl-assenza ta’ ħlas ta’ kontribuzzjonijiet għal dan l-għan, għandha titqies bħala ġustifikazzjoni suffiċjenti għad-distinzjoni mwettqa minħabba n-nazzjonalità?
2b.
F’dan ir-rigward, x’importanza għandha tingħata lill-fatt li, meta mistoqsija dwar dan is-suġġett f’Diċembru 1999, L.F. Evans għażlet li żżomm l-istatus ipprivileġġat tagħha?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1612/68, tal-15 ta’ Ottubru 1968, dwar il-libertà tal-moviment għall-ħaddiema fi ħdan il-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 15).
Full & Egal Universal Law Academy