20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Commissione tributaria provinciale di Latina (l-Italja) fit-12 ta’ April 2013 — Francesco Acanfora vs Equitalia Sud SpA u Agenzia delle Entrate
(Kawża C-181/13)
2013/C 207/08
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Commissione tributaria provinciale di Latina
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Francesco Acanfora
Konvenuti: Equitalia Sud SpA — Agente di Riscossione Latina, Agenzia delle Entrate — Ufficio di Latina
Domanda preliminari
Ir-remunerazzjoni bir-rata ta’ 9 % [stabbilita fl-Artikolu 17 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 112/1999, fil-verżjoni li tippreċedi l-emendi introdotti] tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat inkompatibbli mas-suq uniku tal-korrispettivi għall-ġbir [ta’ taxxi] u mad-dritt tal-Unjoni Ewropea fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE?
Full & Egal Universal Law Academy