29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Industrial Tribunals (l-Irlanda ta’ Fuq) (ir-Renju Unit) fit-12 ta’ April 2013 — Valerie Lyttle, Sarah Louise Halliday, Clara Lyttle, Tanya McGerty vs Bluebird UK Bidco 2 Limited
(Kawża C-182/13)
2013/C 189/06
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
Industrial Tribunals (l-Irlanda ta’ Fuq)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valerie Lyttle, Sarah Louise Halliday, Clara Lyttle, Tanya McGerty
Konvenuta: Bluebird UK Bidco 2 Limited
Domandi preliminari
(1)
Fil-kuntest tal-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE (1), il-kelma “stabbiliment” għandha l-istess tifsira bħal dik fil-kuntest tal-Artikolu 1(1)(a)(i) ta’ din id-direttiva?
(2)
Jekk le, jista’ “stabbiliment”, għall-iskopijiet tal-Artikolu 1(1)(a)(ii), ikun ikkostitwit minn subunità organizzativa ta’ impriża li tikkonsisti, jew tinkludi, iktar minn unità ta’ impjieġ lokali waħda?
(3)
Fl-Artikolu 1(1)(a)(ii) tad-Direttiva, il-frażi “mill-inqas 20” tirreferi għan-numru ta’ tkeċċijiet mill-istabbilimenti kollha tal-persuna li timpjega, jew tirreferi minflok għan-numru ta’ tkeċċijiet għal kull stabbiliment? (Fi kliem ieħor, ir-riferiment għal “20” huwa riferiment għal 20 fi kwalunkwe stabbiliment partikolari, jew għal 20 b’kollox?)
(1) Direttiva tal-Kunsill 98/59/KE, tal-20 ta’ Lulju 1998, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar redundancies kollettivi (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 327)
Full & Egal Universal Law Academy