1.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 156/25
Rikors ippreżentat fit-12 ta’ April 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika tas-Slovenja
(Kawża C-188/13)
2013/C 156/41
Lingwa tal-kawża: is-Sloven
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rous u J. Hottiaux)
Konvenuta: Ir-Repubblika tas-Slovenja
Talbiet
—
tiddikjara li billi naqset milli tadotta l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi kollha neċessarji għat-traspożizzjoni tagħha, jew fi kwalunkwe każ billi ma informatx lill-Kummissjoni bihom, ir-Repubblika tas-Slovenja naqset mill-obbligi tagħha skont l-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/18/UE (1), tal-1 ta’ Marzu 2011, li temenda l-Annessi II, V u VI tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-interoperabbiltà tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità;
—
tikkundanna lir-Repubblika tas-Slovenja għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva skada fil-31 ta’ Diċembru 2011.
(1) ĠU L 57, p. 21.
Full & Egal Universal Law Academy