8.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 164/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal de grande instance de Bayonne (Franza) fil-15 ta’ April 2013 — Raquel Gianni Da Silva vs Préfet des Pyrénées-Atlantiques
(Kawża C-189/13)
2013/C 164/22
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal de grande instance de Bayonne
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Raquel Gianni Da Silva
Konvenut: Préfet des Pyrénées-Atlantiques
Domanda preliminari
Id-dritt tal-Unjoni jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tissanzjona b’piena ta’ priġunerija d-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma ġiex suġġett għall-miżuri koerċitivi previsti fid-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 (1)?
(1) Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-16 ta’ Diċembru 2008, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (ĠU L 348, p. 98).
Full & Egal Universal Law Academy