22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/5
Appell ippreżentat fil-15 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-235/11 — Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-192/13 P)
2013/C 178/09
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
tilqa’ l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża T-235/11, Spanja vs Il-Kummissjoni.
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2011) 1023 final, tat-18 ta’ Frar 2011, li tnaqqas l-għajnuna finanzjarja mill-Fond ta’ Koeżjoni mogħtija favur fażijiet ta’ proġett intitolati “Provvista u istallazzjoni ta’ tagħmir ferrovjarju fuq il-linja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Madrid-Lérida” (CCI 1999.ES.16.C.PT.001, “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona. Sezzjoni Lérida-Martorell (pjattaforma, fażi 1)” (CCI 2000.ES.16.C.PT.001), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Aċċess ferrovjarju għall-istazzjon il-ġdid ta’ Zaragoza” (CCI 2000.ES.16.C.PT.003), “Linja ferrovjarja b’veloċità għolja Madrid-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lérida-Martorell. Sub-sezzjoni X-A (Olérdola-Avinyonet del Penedés” (CCI 2001.ES.16.C.PT.007) “Aċċess ferrovjarju ġdid tal-linja b’veloċità għolja f’Levante. Sub-sezzjoni La Gineta-Albacete (pjattaforma)” (CCI 2004.ES.16.C.PT.014)
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Żball ta’ liġi dwar l-effetti tat-terminu previst fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 (1), tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni. Wara l-iskadenza tal-imsemmi terminu l-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja u, għaldaqstant, hija għandha twettaq il-ħlas u l-korrezzjoni msemmija iktar ’il fuq ma hijiex konformi mad-dritt.
Żball ta’ liġi fil-kunċett ta’ għoti ta’ kuntratti fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE (2), tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni. L-Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38 ma japplikax b’mod ġenerali għal kwalunkwe modifika ta’ kuntratti pubbliċi miftiehma matul il-fażi ta’ twettiq tagħhom, iżda japplika biss għal emendi sostantivi. Jista’ jiġi kkunsidrat li hemm modifika sostantiva li tikkostitwixxi għoti ta’ kuntratt ġdid biss meta jkunu sodisfatti r-rekwiżiti kollha tas-sentenza Pressetext Nachrichtenagentur (3).
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194.
(3) Sentenza tad-19 ta’ Ġunju 2008, pressetext Nachrichtenagentur (C-454/06, Ġabra p. I-4401).
Full & Egal Universal Law Academy