22.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 178/5
Appell ippreżentat fis-16 ta’ April 2013 mir-Renju ta’ Spanja mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-31 ta’ Jannar 2013 fil-Kawża T-540/10, Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-197/13 P)
2013/C 178/10
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Appellant: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentant: A. Rubio González, aġent)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellant
—
f’kull każ, tilqa’ dan l-appell u tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-31 ta’ Jannar 2013, fil-Kawża T-540/10, Spanja vs Il-Kummissjoni.
—
tannulla d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2010) 6154, tat-13 ta’ Settembru 2010, li tnaqqas l-għajnuna tal-Fond ta’ Koeżjoni għall-stadji ta’ proġett intitolati “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-A” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.005), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni X-B (Avinyonet del Penedès-Sant Sadurní d’Anoia)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.008), “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjonijiet XI-A u XI-B (Sant Sadurní d’Anoia-Gelida)” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.009) u “Linja ta’ veloċità għolja Madrid-Zaragoza-Barcelona-Fruntiera Franċiża. Sezzjoni Lleida-Martorell (Pjattaforma). Sottosezzjoni IX-C” (CCI Nru 2001.ES.16.C.PT.010);
—
f’kull każ, tikkundanna lill-appellata għall-ispejjeż.
Aggravji u argumenti prinċipali
Żball ta’ liġi fir-rigward tal-effetti tat-terminu mesmmi fl-Artikolu H(2) tal-Anness II tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1164/94 (1), tas-16 ta’ Mejju 1994, li jistabbilixxi Fond ta’ Koeżjoni . Wara t-tmiem tal-imsemmi terminu, il-Kummissjoni ma tista’ tadotta ebda miżura ta’ korrezzjoni finanzjarja, u għalhekk għandha l-obbligu li tagħmel il-ħlas u l-korrezzjoni applikata ma hijiex konformi mal-liġi.
Żball ta’ liġi fil-kunċett ta’ għoti ta’ kuntratt fis-sens tad-Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE (2), tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni. L-Artikolu 20(2)(e) u (f) tad-Direttiva 93/38 ma japplikax b’mod ġenerali għal xi emendi għal kuntratti pubbliċi miftiehma matul il-fazi ta’ eżekuzzjoni tagħhom, iżda biss għal emendi sostanzjali. Jista’ jiġi kkunsidrat li teżisti emenda sostanzjali li tikkostitwixxi għoti ġdid biss meta jiġu ssodisfatti r-rekwiżiti tas-sentenza Pressetext Nahrichtenagentur (3).
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bi l-Malti, Kapitolu 14, Vol. 1, p. 9.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 2, p. 194.
(3) Sentenza tad-19 ta’ Lulju 2008, Pressetext Nachrichtenagentur (C-454/06, Ġabra p. I-4401).
Full & Egal Universal Law Academy