29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/6
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Brussel (il-Belġju) fis-17 ta’ April 2013 — Johan Deckmyn u Vrijheidsfonds vzw vs Helena Vandersteen et
(Kawża C-201/13)
2013/C 189/11
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Johan Deckmyn u Vrijheidsfonds vzw
Konvenuti: Helena Vandersteen et
Domandi preliminari
(1)
Il-“parodija” hija kunċett awtonomu tad-dritt tal-Unjoni?
(2)
Jekk ir-risposta għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv, parodija għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet segwenti jew tikkonforma mal-karatteristiċi segwenti:
—
ikollha karattru oriġinali tagħha (oriġinalità);
—
ikollha dan il-karattru b’tali mod li l-parodija ma tistax raġonevolment tiġi attribwita lill-awtur tax-xogħol oriġinali;
—
tkun intiża biex toħloq umoriżmu jew twaqqa’ għaċ-ċajt, irrispettivament mill-fatt li l-kritika eventwalment magħmula f’dan ir-rigward tkun tolqot ix-xogħol oriġinali jew lil xi ħaġa jew lil xi ħadd;
—
issemmi s-sors tax-xogħol li jkun is-suġġett tal-parodija.
(3)
Xogħol għandu jissodisfa wkoll kundizzjonijiet oħra jew jikkonforma ma’ karatteristiċi oħra biex ikun jista’ jiġi kklassifikat bħala parodija?
Full & Egal Universal Law Academy