20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia (l-Italja) fit-18 ta’ April 2013 — Cruciano Siragusa vs Regione Sicilia — Soprintendenza Beni Culturali e Ambientali di Palermo
(Kawża C-206/13)
2013/C 207/17
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale Amministrativo Regionale per la Sicilia
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Cruciano Siragusa
Konvenuta: Regione Sicilia- Soprintendenza Beni Culturali e Ambientali di Palermo
Domanda preliminari
L-Artikolu 17 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-prinċipju ta’ proporzjonalità bħala prinċipju ġenerali tad-dritt tal-Unjoni Ewropea, jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni nazzjonali li, bħall-Artikolu 167(4)(a) tad-Digriet leġiżlattiv Nru 42 tal-2004, teskludi l-possibbiltà tal-ħruġ, għal finijiet ta’ regolarizzazzjoni, tal-awtorizzazzjoni meħtieġa għall-protezzjoni tal-pajsaġġ għall-interventi tal-bniedem kollha li jinvolvu ż-żieda tas-superfiċji u l-volumi, indipendentement mill-verifika konkreta tal-kompatibbiltà ta’ dawn l-interventi mal-valuri tal-protezzjoni tal-pajsaġġ tas-sit speċifikament ikkonċernat?
Full & Egal Universal Law Academy