29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-College van Beroep voor het Bedrijfsleven (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit-18 ta’ April 2013 — Wagenborg Passagiersdiensten BV et vs Minister van Infrastructuur en Milieu, partijiet oħra fil-proċedura: Wagenborg Passagierdiensten BV, Terschellinger Stoombootmaatschappij BV
(Kawża C-207/13)
2013/C 189/14
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
College van Beroep voor het Bedrijfsleven
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Wagenborg Passagiersdiensten BV, Eigen Veerdienst Terschelling BV, MPS Stortemelk BV, MPS Willem Barentsz BV, MS Spathoek NV, GAF Lakeman, li topera bl-isem ta’ Rederij Waddentransport
Konvenut: Minister van Infrastructuur en Milieu
Partijiet oħra fil-proċedura: Wagenborg Passagiersdiensten BV, Terschellinger Stoombootmaatschappij BV
Domandi preliminari
(1)
L-indikazzjoni tal-parti Olandiża tal-Wadenzee bħala passaġġ fuq l-ilma intern (ilmijiet taż-Żona 2) fl-Anness I tad-Direttiva 2006/87/KE (1) tipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-kabotaġġ għas-servizz pubbliku tat-trasport tal-passiġġieri fil-Waddenzee bejn l-artijiet kontinentali Olandiżi u l-gżejjer Wadden ta’ Tershelling, Vlieland, Ameland u Schiermonnikoog?
(2)
L-applikabbiltà tar-Regolament dwar il-kabotaġġ tipprekludi l-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1370/2007 (2), b’teħid inkunsiderazzjoni tal-Artikolu 1(2) tal-imsemmi regolament?
(3)
L-Istati Membri għandhom il-fakultà, abbażi tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament Nru 1370/2007, li jiddikjaraw applikabbli għas-servizz pubbliku tat-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma lil parti waħda jew għadd ta’ partijiet biss speċifiċi ta’ dan ir-regolament, f’dan il-każ l-Artikolu 5(3), u minħabba l-konnessjoni tiegħu, l-Artikolu 5(4)?
(4)
L-eċċezzjoni prevista fl-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 1370/2007 u b’mod iktar partikolari l-kriterju tad-distanza ta’ 300 000 kilometru li jinsab hemmhekk, tista’ tiġi ddikjarata (purament u sempliċement) applikabbli għas-servizz pubbliku tat-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma?
(5)
F’każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda, liema konsegwenzi għandhom għaldaqstant jinsiltu mill-fatt li f’dan il-każ, ingħataw xi konċessjonijiet ta’ servizz pubbliku tat-trasport ta’ passiġġieri bl-ilma filwaqt li r-rekwiżit li jinsab fl-Artikolu 77(2) tar-Regolament Nru 1370/2007 ma ġiex osservat?
(1) Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li tistabbilixxi r-rekwiżiti tekniċi għall-bastimenti tal-passaġġi fuq l-ilma interni u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 82/714/KEE (ĠU L 389, p. 1).
(2) Regolament (KE) Nru 1370/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ Ottubru 2007, dwar servizzi pubbliċi tat-trasport tal-passiġġieri bil-ferrovija u bit-triq u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nri 1191/69 u 1107/70 (ĠU L 315, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy