29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Justice (Chancery Division) (ir-Renju Unit) fit-18 ta’ April 2013 — Glaxosmithline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG vs Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
(Kawża C-210/13)
2013/C 189/15
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Justice (Chancery Division)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Glaxosmithline Biologicals SA, Glaxosmithkline Biologicals, Niederlassung der Smithkline Beecham Pharma GmbH & Co. KG
Konvenut: Comptroller-General of Patents, Designs and Trade Marks
Domandi preliminari
(1)
Adjuvant li waħdu ma għandux effett terapewtiku iżda li jsaħħaħ l-effett terapewtiku ta’ antiġen meta jkun ikkombinat ma’ dan l-antiġen f’vaċċin, huwa “ingredjent attiv” fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009/KE (1)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, tista’ kombinazzjoni ta’ tali adjuvant ma’ antiġen madankollu tiġi kkunsidrata bħala “kombinazzjoni ta’ ingredjenti attivi” fis-sens tal-Artikolu 1(b) tar-Regolament (KE) Nru 469/2009/KE?
(1) Regolament (KE) Nru 469/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-6 ta’ Mejju 2009, dwar iċ-ċertifikat ta’ protezzjoni supplimentari għal prodotti mediċinali (ĠU L 152, p. 1).
Full & Egal Universal Law Academy