20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-23 ta’ April 2013 — Impresa Pizzarotti & C. Spa vs Comune di Bari
(Kawża C-213/13)
2013/C 207/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Impresa Pizzarotti & C. Spa
Konvenut: Comune di Bari
Domandi preliminari
(1)
Il-kuntratt li għandu jiġi konkluż għall-kiri ta’ oġġett futur, b’mod partikolari fil-forma, issuġġerita l-iktar reċentement, ta’ att li permezz tiegħu persuna timpenja ruħha tagħti b’kiri, jekwivali għal kuntratt ta’ xogħol, anki fil-preżenza ta’ ċerti elementi karatteristiċi tal-kuntratt ta’ kiri, b’mod li dan il-kuntratt ma jistax jiġi inkluż mal-kuntratti esklużi mill-applikazzjoni tar-regoli dwar il-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti pubbliċi skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/18/KEE (1)?
(2)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għall-ewwel domanda, qorti nazzjonali, b’mod partikolari l-qorti tar-rinviju, tista’ tirrendi bla effett ir-res judicata eventwali fil-kawża inkwistjoni, kif deskritta f’dan id-digriet, sa fejn din ippermettiet li tinħoloq sitwazzjoni legali li hija inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet? Għaldaqstant, huwa possibbli li tiġi eżegwita res judicata li tkun inkompatibbli mad-dritt tal-Unjoni Ewropea?
(1) Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta' proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132).
Full & Egal Universal Law Academy