20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Trento (l-Italja) fil-25 ta’ April 2013 — Teresa Mascellani vs Ministero della Giustizia
(Kawża C-221/13)
2013/C 207/21
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Trento (l-Italja)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Teresa Mascellani
Konvenut: Ministero della Giustizia
Domandi preliminari
(1)
Il-Klawżola 5(2) tal-ftehim implementat mid-Direttiva 97/81/KE (1) (li jipprovdi li “r-rifjut ta’ ħaddiem li jiġi trasferit minn xogħol full-time għal part-time jew viċe versa m’għandux b’daqshekk jikkostitwixxi raġuni valida għat-terminazzjoni ta’ impjieg, mingħajr preġudizzju għat-terminazzjoni skond il-liġi nazzjonali, il-ftehim kollettiv u l-prattika, għal raġunijiet oħra li jistgħu jiġu ikkawżati minn ħtiġiet operazzjonali ta’ l-istabbiliment ikkonċernat”), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali tal-Istati Membri ma jitħallewx jipprevedu l-possibbiltà għall-persuna li timpjega li tordna t-tibdil tal-kuntratt ta’ xogħol part-time għal kuntratt full-time, anki kontra r-rieda tal-ħaddiem?
(2)
L-istess direttiva tipprekludi li dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 16 tal-liġi Nru 183 tal-4 ta’ Novembru 2010 tipprevedi l-possibbiltà għall-persuna li timpjega li tordna t-tibdil tal-kuntratt ta’ xogħol part-time għal kuntratt full-time, anki kontra r-rieda tal-ħaddiem?
(1) Direttiva tal-Kunsill 97/81/KE, tal-15 ta’ Diċembru 1997, li tikkonċerna il-Ftehim Qafas dwar ix-xogħol part-time konkluż mill-UNICE, miċ-CEEP u mill-ETUC (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 3, p. 267).
Full & Egal Universal Law Academy