20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (il-Belġju) fid-29 ta’ April 2013 — Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix vs Région wallonne
(Kawża C-225/13)
2013/C 207/24
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ville d’Ottignies-Louvain-la-Neuve, Michel Tillieut, Willy Gregoire, Marc Lacroix
Konvenut: Région wallonne
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti l-klassifikazzjoni bħala pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart dispożizzjoni leġiżlattiva li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart, il-landfills li ġew awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-artijiet li kienu s-suġġett tal-awtorizzazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart?
(2)
L-Artikolu 2(a) tad-Direttiva 2001/42/KE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (2) għandu jiġi interpretat fis-sens li jinkludi fil-kunċett ta’ pjan u programm dispożizzjoni leġiżlattiva li tipprovdi li, b’deroga mir-regola li l-ebda landfill oħra ma tista’ tiġi awtorizzata barra mis-siti previsti mill-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart mitlub mill-Artikolu 7 tad-Direttiva 75/442/KEE dwar l-iskart, il-landfills awtorizzati qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart jistgħu, wara dan id-dħul fis-seħħ, jiġu awtorizzati mill-ġdid fuq l-artijiet li kienu s-suġġett tal-awtorizzazzjoni qabel id-dħul fis-seħħ tal-pjan ta’ mmaniġġar ta’ skart?
(3)
Fil-każ ta’ risposta affermattiva għat-tieni domanda, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 70 tad-digriet tas-27 ta’ Ġunju 1996 dwar l-iskart, emendat bid-digriet tas-16 ta’ Ottubru 2003, jissodisfa r-rekwiżiti tal-evalwazzjoni tal-effetti stabbiliti bid-Direttiva 2001/42/KE?
(1) Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE, tal-15 ta’ Lulju 1975, dwar l-iskart (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 23).
(2) Direttiva 2001/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-27 ta’ Ġunju 2001, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti pjanijiet u programmi fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 6, p. 157).
Full & Egal Universal Law Academy