20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/19
Appell ippreżentat fid-29 ta’ April 2013 minn Albergo Saturnia Internazionale SpA mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Ir-Raba Awla) tal-20 ta’ Frar 2013 fil-Kawżi magħquda T-278/00 sa T-280/00, T-282/00 sa T-286/00 u T-288/00 sa T-295/00, Albergo Quattro Fontane et vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-234/13 P)
2013/C 207/32
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Appellanti: Albergo Saturnia Internazionale Spa (rappreżentanti: A. Bianchini u F. Busetto, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Comitato “Venezia vuole vivere”
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla d-digriet ikkontestat tal-Qorti Ġenerali.
—
tilqa’ t-talbiet imressqa fl-ewwel istanza u, konsegwentement:
—
tannulla, jekk ikun il-każ u fil-limiti tal-interess tar-rikorrenti, id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2000/394/KE, tal-25 ta’ Novembru 1999, dwar il-miżuri ta’ għajnuna favur l-impriżi stabbiliti fit-territorju ta’ Venezia u Chioggia, stabbiliti bil-Liġijiet Nru 30/1997 u Nru 206/1995 li jistabbilixxu tnaqqis fil-kontribuzzjonijiet soċjali;
—
sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni msemmija sa fejn din timponi l-irkupru tat-tnaqqis mogħti flimkien mal-interessi għall-perijodi inkwistjoni.
—
tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż relatati maż-żewġ istanzi.
Aggravji u argumenti prinċipali
Id-disa’ aggravji segwenti huma ppreżentati insostenn tal-appell:
L-ewwel aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li ma kkunsidrax li l-miżuri inkwistjoni ma kienu jikkonferixxu ebda benefiċċju lill-benefiċjarji tagħhom fid-dawl tan-natura kumpensatorja tagħhom.
It-tieni aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda jew, f’kull każ, evalwa l-kapaċità tal-miżuri inkwistjoni li jaffettwaw il-kompetizzjoni u l-kummerċ intra-Komunitarju.
It-tielet aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(2)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(2)(b) TFUE] u fl-Artikolu 87(3)(b) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(b) TFUE].
Ir-raba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 87(3)(ċ) KE [li sar l-Artikolu 107(3)(ċ) TFUE].
Il-ħames aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tad-derogi msemmija fl-Artikolu 87(3)(d) u (e) [li sar l-Artikolu 107(3)(d) u (e) TFUE].
Is-sitt aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tad-deroga msemmija fl-Artikolu 86(2) KE (li sar l-Artikolu 106(2) TFUE).
Is-seba’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-karattru eżistenti tal-għajnuna u konsegwentement kiser l-Artikolu 88(3) KE (li sar l-Artikolu 108(3) TFUE) u l-Artikolu 15 tar-Regolament Nru 659/1999 (1).
It-tmien aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 f’dak li jikkonċerna l-ordni ta’ rkupru.
Id-disa’ aggravju: natura żbaljata tad-digriet minħabba li eskluda l-applikabbiltà tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament Nru 659/1999 f’dak li jikkonċerna l-applikazzjoni ta’ interessi.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 93 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339).
Full & Egal Universal Law Academy