29.6.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 189/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-High Court of Ireland (l-Irlanda) fit-13 ta’ Mejju 2013 — Peter Flood vs Health Service Executive
(Kawża C-255/13)
2013/C 189/27
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Qorti tar-rinviju
High Court of Ireland
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Peter Flood
Konvenuta: Health Service Executive
Domandi preliminari
Persuna assigurata li hija ċittadina ta’ Stat Membru (‘l-ewwel Stat Membru’) u li ilha marida serjament għal dawn l-aħħar ħdax-il sena minħabba kundizzjoni medika serja li mmanifestat ruħha għall-ewwel darba waqt li din il-persuna kienet tirrisjedi fl-ewwel Stat Membru iżda kienet qiegħda vaganza fi Stat Membru ieħor (“it-tieni Stat Membru”), għandha titqies li “tissoġġorna” f’dan it-tieni Stat Membru matul dan il-perijodu għall-finijiet tal-Artikolu 19(1) jew tal-Artikolu 20(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 883/2004 (1), meta hija kienet effettivament imġiegħla tibqa’ fiżikament f’dan l-Istat Membru matul dan il-perijodu minħabba l-kundizzjoni medika serja tagħha u minħabba l-vantaġġ li kien hemm kura medika speċjalizzata fil-viċinanzi?
(1) Ir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ April 2004, dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).
Full & Egal Universal Law Academy