20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/26
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju) fl-10 ta’ Mejju 2013 — Provincie Antwerpen vs Belgacom NV van publiek recht
(Kawża C-256/13)
2013/C 207/42
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van beroep te Antwerpen (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Provincie Antwerpen
Konvenuta: Belgacom NV van publiek recht
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu awtorità ta’ Stat Membru milli tintaxxa, għal raġunijiet baġitarji jew għal raġunijiet oħra, l-attività ekonomika tal-operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li titwettaq fit-territorju jew f’parti minnu permezz tal-preżenza, fi proprjetà pubblika jew privata, ta’ arbli, piluni jew antenni GSM użati għal din l-attività?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13 Vol. 29, p. 337
Full & Egal Universal Law Academy