20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/27
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône (Franza) fit-13 ta’ Mejju 2013 — Anouthani Mlalali vs CAF des Bouches-du-Rhône
(Kawża C-257/13)
2013/C 207/43
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal des affaires de sécurité sociale des Bouches du Rhône
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Anouthani Mlalali
Konvenut: CAF des Bouches-du-Rhône
Domanda preliminari
L-Artikolu 11 tad-Direttiva 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-kundizzjonijiet imposti bl-Artikoli L.512-2 u D.512-2 tal-Kodiċi tas-Sigurtà Soċjali Franċiż? (1)
(1) Direttiva 2003/109/KE, tal-25 ta’ Novembru 2003, dwar l-istatus ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu residenti għat-tul (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 19, Vol. 6, p. 272).
Full & Egal Universal Law Academy