27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn Varas Cíveis de Lisboa (il-Portugall) fit-13 ta’ Mejju 2013 — Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda vs Instituto da Segurança Social, IP
(Kawża C-258/13)
2013/C 215/08
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Varas Cíveis de Lisboa
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sociedade Agrícola e Imobiliária da Quinta de S. Paio, Lda
Konvenut: Instituto da Segurança Social, IP
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (1), li jistabbilixxi d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jipprekludi l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi l-aċċess tal-persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru għal għajnuna legali?
(2)
L-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li jiġi żgurat id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva jekk filwaqt li d-dritt intern tal-Istat Membru jeskludi lil persuni ġuridiċi bi skop ta’ lukru mill-għajnuna legali huwa awtomatikament jeżentahom mill-ispejjeż u mill-ħlasijiet flimkien ma’ azzjonijiet ġudizzjarji fil-każ ta’ insolvenza jew ta’ issuġġettar għal proċedura ta’ rkupru ta’ impriżi?
(1) ĠU 2000, C 364, p. 1.
Full & Egal Universal Law Academy