27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/7
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Rüsselsheim (il-Ġermanja) fl-14 ta’ Mejju 2013 — Ekkehard Aleweld vs Condor Flugdienst GmbH
(Kawża C-262/13)
2013/C 215/09
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Rüsselsheim
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ekkehard Aleweld
Konvenuta: Condor Flugdienst GmbH
Domandi preliminari
(1)
Id-dritt għall-kumpens skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 (1) jeżisti wkoll fil-każ fejn it-titjira rreżervata titlaq b’dewmien ta’ iktar minn tliet sigħat, fejn kumpannija tal-ajru oħra twassal lill-passiġġier permezz ta’ rotta differenti u fejn id-dewmien tal-wasla fid-destinazzjoni huwa għalhekk sostanzjalment imnaqqas iżda fejn it-titjira inizjali u t-titjira l-oħra jaslu t-tnejn li huma fid-destinazzjoni inizjali b’dewmien ferm ikbar minn tliet sigħat?
(2)
Fil-każ ta’ risposta pożittiva għall-ewwel domanda: huwa determinanti li t-terminu ta’ ħames sigħat indikat fl-Artikolu 6(1)(iii) għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 8(1) tar-Regolament, ikun jew ma jkunx skada?
(3)
Il-kwistjoni ta’ jekk kienx il-passiġġier stess li bidel ir-reżervazzjoni inizjali jew jekk din il-bidla saritx bl-għajnuna tal-konvenuta hija rilevanti?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Frar 2004, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).
Full & Egal Universal Law Academy