20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/28
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hof van Beroep te Antwerpen (il-Belġju) fil-15 ta’ Mejju 2013 — Provincie Antwerpen vs Mobistar SA
(Kawża C-264/13)
2013/C 207/46
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hof van Beroep te Antwerpen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Provincie Atwerpen
Konvenuta: Mobistar SA
Domanda preliminari
L-Artikolu 6 u l-Artikolu 13 tad-Direttiva 2002/20/KE (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar l-awtorizzazzjoni ta’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva ta’ Awtorizzazzjoni) għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu awtorità ta’ Stat Membru milli tintaxxa, għal raġunijiet baġitarji jew oħra, l-attività ekonomika ta’ operaturi ta’ telekomunikazzjonijiet li toriġina minn territorju jew parti minnu permezz tal-preżenza fuq id-dominju pubbliku jew privat ta’ arbli, piluni jew antenni GSM li jintużaw għal din l-attività?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy