20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/29
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fil-15 ta’ Mejju 2013 — L. Kik vs Staatssecretaris van Financiën
(Kawża C-266/13)
2013/C 207/48
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: L. Kik
Konvenut: Staatssecretaris van Financiën
Domandi preliminari
(1)
(a)
Ir-regoli dwar il-kamp ta’ applikazzjoni ratione personae tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1) u r-regoli li jiddeterminaw il-portata territorjali tar-regoli ta’ determinazzjoni tal-leġiżlazzjoni applikabbli li jinsabu fit-Titolu II ta’ dan ir-regolament għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn ir-regoli ta’ determinazzjoni huma applikabblli f’każ bħal dan inkwistjoni, li jikkonċerna (a) ħaddiem residenti fil-Pajjiżi l-Baxxi li (b) għandu nazzjonalità Olandiża, (c) f’kull każ, kien preċedentement obbligatorjament affiljat fil-Pajjiżi l-Baxxi, (d) huwa impjegat bħala baħri minn persuna li timpjega stabbilita fl-Isvizzera, (e) itwettaq xogħlu abbord bastiment li jqiegħed il-pajpijiet li jtajjar il-bandiera Panamiża u (f) iwettaq dawn l-attivitajiet, l-ewwel, barra mit-territorju tal-Unjoni (madwar tliet ġimgħat ’il fuq mill-pjattaforma kontinentali tal-Istati Uniti u madwar ġimgħatejn fl-ibħra internazzjonali) u, sussegwentement ’il fuq mill-pjattaforma kontinentali tal-Pajjiżi l-Baxxi (perijodi ta’ xhar u ta’ madwar ġimgħa) u tar-Renju Unit (perijodu ta’ ftit iktar minn gimgħa), filwaqt li (g) id-dħul li huwa hekk qala’ kien ġie suġġett għall-ġbir tat-taxxa fuq id-dħul Olandiża?
(b)
Jekk ir-risposta tkun fl-affermattiv, ir-Regolament KEE Nru 1408/71 japplika biss fil-jiem li matulhom il-persuna kkonċernata taħdem ’il fuq mill-pjattaforma kontinentali ta’ Stat Membru tal-Unjoni, jew huwa applikabbli wkoll fil-perijodu preċedenti, li matulu hija ħadmet xi mkien ieħor, barra mit-territorju tal-Unjoni?
(2)
Jekk ir-Regolament KEE Nru 1408/71 japplika fir-rigward ta’ ħaddiem bħal dak imsemmi fid-domanda 1.a, dan ir-regolament liema leġiżlazzjoni jew leġiżlazzjonijiet jiddetermina bħala li huma applikabbli?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy