20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/30
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fis-16 ta’ Mejju 2013 — Elena Petru vs Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate
(Kawża C-268/13)
2013/C 207/50
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elena Petru
Konvenuti: Casa Județeană de Asigurări de Sănătate Sibiu, Casa Națională de Asigurări de Sănătate
Domanda preliminari
Fid-dawl tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 22(2) tar-Regolament (KEE) Nru 1408/71 (1), ir-rekwiżit li l-persuna kkonċernata ma tkunx tista’ tirċievi kura fil-pajjiż ta’ residenza tagħha għandu jiġi interpretat b’mod kategoriku jew b’mod raġonevoli; jiġifieri, meta, għalkemm il-kirurġija meħtieġa tkun tista’, f’termini tekniċi, titwettaq fil-ħin fil-pajjiż ta’ residenza — fis-sens li jeżistu l-ispeċjalisti meħtieġa u huma għandhom l-istess livell ta’ għarfien speċjalistiku bħal dawk barra mill-pajjiż — in-nuqqas ta’ prodotti mediċinali u ta’ materjal mediku bażiku jimplika li tali sitwazzjoni tista’, għall-finijiet ta’ din id-dispożizzjoni, tiġi assimilata għal sitwazzjoni fejn il-kura medika meħtieġa ma tkunx tista’ tiġi pprovduta?
(1) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1408/71, tal-14 ta’ Ġunju 1971, dwar l-applikazzjoni tal-iskemi tas-siġurtà soċjali għall-persuni impjegati u l-familja tagħhom li jiċċaqilqu ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 35).
Full & Egal Universal Law Academy