3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/2
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Supremo (Spanja) fil-21 ta’ Mejju 2013 — Elcogás, S.A. vs Administración del Estado u Iberdrola, S.A
(Kawża C-275/13)
(2013/C 226/04)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Supremo
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Elcogás, S.A.
Konvenuti: Administración del Estado u Iberdrola, S.A.
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif ukoll il-ġurisprduenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar din id-dispożizzjoni (b’mod partikolari s-sentenzi mogħtija fil-Kawżi C-379/98 (1) u C-206/06 (2)), jippermettu li l-ammonti annwali allokati lill-kumpannija Elcogás, bħala proprjetarja ta’ impjant speċifiku ta’ ġenerazzjoni tal-elettriku, bis-saħħa tal-pjanijiet ta’ vijabbiltà straordinarji adottati fir-rigward ta’ din il-kumpannija mill-Kabinett tal-Ministri, jiġu kkunsidrati bħala “għajnuna mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat”, f’ċirkustanzi fejn il-ġbir ta’ dawn l-ammonti jaqa’ taħt il-kategorija ġenerali ta’ “spejjeż permanenti tas-sistema tal-elettriku” li huma mħallsa mill-utenti kollha u ttrasferiti lill-impriżi tas-settur tal-elettriku permezz ta’ ħlasijiet suċċessivi magħmula mill-Comisión Nacional de Energía skont il-kriterji legali stabbiliti minn qabel u mingħajr ebda setgħa diskrezzjonali?
(1) Ġabra 2001, p. I-2099.
(2) Ġabra 2008, p. I-5497.
Full & Egal Universal Law Academy