10.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 233/2
Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Mejju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Porugiża
(Kawża C-277/13)
2013/C 233/02
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Guerra e Andrade u F.W. Bulst, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Portugiża
Talbiet
(1)
tiddikjara li, billi ma adottatx il-miżuri neċessarji sabiex torganizza proċedura ta’ għażla ta’ fornituri awtorizzati sabiex jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-immaniġġar ta’ bagalji, maniġġar tar-rampa u maniġġar ta’ merkanzija u posta, fl-ajruporti ta’ Lisbona, Porto u Faro, skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/67/KE (1), l-Istat Portugiż ma implementax l-Artikolu 11 tad-Direttiva tal-Kunsill 96/67/KE, tal-15 ta’ Ottubru 1996, dwar l-aċċess għas-suq tal-groundhandling fl-ajruporti tal-Komunità.
(2)
tikkundanna lir-Repubblika Portugiża għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
Billi ma pproċedietx għall-ftuħ tas-suq ta’ groundhandling fir-rigward tal-għażla tal-fornituri, l-Istat Portugiż jinsab fis-sitwazzjoni ta’ ksur tad-dritt tal-Unjoni.
Billi limitat in-numru ta’ fornituri ta’ servizz ta’ groundhandling, awtorizzati jipprovdu servizzi ta’ groundhandling għall-immaniġġar ta’ bagalji, maniġġar tar-rampa u maniġġar ta’ merkanzija u posta, l-Istat Portugiż kellu jorganizza proċedura ta’ għażla skont l-Artikolu 11 tad-Direttiva 96/67/KE. Barra minn hekk il-proċedura rispettiva kellha tiġi organizzata b’tali mod li qabel jiġi kkonsultat il-kumitat tal-utenti. Minbarra dan, il-fornituri għandhom jintgħażlu għal perijodu massimu ta’ 7 snin, skont l-Artikolu 11(1)(d) tad-Direttiva 96/67/KE.
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 2, p. 496.
Full & Egal Universal Law Academy