20.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 207/33
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Högsta domstolen (l-Isvezja) fit-22 ta’ Mejju 2013 — C More Entertainment AB vs Linus Sandberg
(Kawża C-279/13)
2013/C 207/55
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Högsta domstolen
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: C More Entertainment AB
Konvenut: Linus Sandberg
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ komunikazzjoni lill-pubbliku fis-sens tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2001/29/KE (1) jinkludi att li jikkonsisti li jiġi pprovdut, fuq paġna internet aċċessibbli għal kulħadd, link b’aċċess lejn xogħol trażmess mid-detentur tad-drittijiet tal-awtur fuqha?
(2)
Il-mod kif il-link hija pprovduta għandu influwenza fuq l-eżami tal-ewwel domanda?
(3)
Il-fatt li l-aċċess għax-xogħol marbut mal-link huwa ristrett bi kwalunkwe mod huwa element li għandu jittieħed inkunsiderazzjoni?
(4)
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu lill-awtur dritt esklużiv iktar wiesa’ billi jipprevedu li l-komunikazzjoni lill-pubbliku tinkludi iktar atti minn dawk li huma msemmija fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva?
(5)
L-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu lid-detentur tad-drittijiet dritt esklużiv iktar wiesa’ billi jipprevedu li l–komunikazzjoni lill-pubbliku tinkludi iktar atti minn dawk li huma msemmija fl-Artikolu 3(2) tad-Direttiva?
(1) Direttiva 2001/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-22 ta’ Mejju 2001, dwar l-armonizzazzjoni ta’ ċerti aspetti ta’ drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati fis-soċjetà tal-informazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 17, Vol. 1, p. 230).
Full & Egal Universal Law Academy