3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Juzgado de primera instancia de Palma de Mallorca (Spanja) fit-22 ta’ Mejju 2013 — Barclays Bank S.A. vs Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera
(Kawża C-280/13)
(2013/C 226/05)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Juzgado de Primera Instancia de Palma de Mallorca
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Barclays Bank S.A.
Konvenuti: Sara Sánchez García u Alejandro Chacón Barrera
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE (1), tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-leġiżlazzjoni Spanjola fil-qasam ipotekarju li, minkejja li tipprevedi li l-persuna li tislef flus fuq garanzija ipotekarja tista’ titlob żieda tal-garanziji meta l-valur ta’ stima ta’ proprjetà immobbli ipotekata jonqos bi 20 %, ma tipprevedix, fil-kuntest tal-proċedura ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, li l-komsumatur/id-debitur/il-parti li hija suġġetta għall-eżekuzzjoni jista’ jitlob, wara stima li tinvolvi l-persuni kkonċernati, ir-reviżjoni ta’ dan il-valur ta’ stima, tal-inqas għall-finijiet previsti fl-Artikolu 671 tal-LEC (2), meta dan il-valur ikun żdied b’perċentwali ugwali jew ogħla bejn id-data ta’ kostituzzjoni tal-ipoteka u l-eżekuzzjoni ta’ din l-ipoteka?
(2)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu s-sistema proċedurali Spanjola fil-qasam ta’ eżekuzzjoni ipotekarja, li tipprevedi li l-kreditur li jitlob l-eżeukzzjoni jista’ jingħata l-proprjetà immobbli ipotekata għal 50 % tal-valur ta’ stima tagħha (attwalment 60 %), li jfisser penalizzazzjoni inġustifikata tal-komsumatur/debitur/parti li hija suġġetta għall-eżekuzzjoni ekwivalenti għal 50 % (attalwment 40 %) ta’ dan il-valur ta’ stima?
(3)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li hemm abbuż ta’ dritt u arrikkiment indebitu meta, wara li ngħata l-proprjetà immobbli ipotekata għal 50 % (attwalment 60 %) tal-valur ta’ stima tagħha, il-kreditur jitlob l-eżekuzzjoni għall-ammont li jkun għadu dovut sabiex jikseb ir-rimbors sħiħ tad-dejn, minkejja li l-valur ta’ stima u/jew il-valur reali tal-proprjetà mogħtija huwa ogħla mis-somma totali dovuta, anki jekk tali azzjoni hija konformi mad-dritt proċedurali nazzjonali?
(4)
Id-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KE tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti u l-prinċipji ta’ dritt Komunitarju dwar il-protezzjoni tal-konsumaturi u l-ekwilibriju kuntrattwali għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-għoti tal-proprjetà immobbli ipotekata li l-valur stmat u/jew reali tagħha huwa ogħla mill-ammont kollu tas-self ipotekarju jwassal għall-applikazzjoni tal-Artikolu 570 tal-LEC, li minħabba dan il-fatt iwarrab l-applikazzjoni tal-Artikoli 579 u 671 tal-LEC, u li għaldaqstant għandu jiġi kkunsidrat li l-kreditur li jitlob l-eżekuzzjoni kien tħallas l-ammont kollu?
(1) Direttivatal-Kunsill 93/13/KE, tal-5 ta’ April 1993, dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288).
(2) Ley de Enjuiciamiento Civil (Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Spanjol).
Full & Egal Universal Law Academy