31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/17
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Mejju 2013 minn Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla, Awla Estiża) fis-7 ta’ Marzu 2013 fil-Kawża T-95/10, CINDU Chemicals BV et vs L’Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA)
(Kawża C-289/13 P)
2013/C 252/25
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: Cindu Chemicals BV, Deza, a.s., Koppers Denmark A/S, Koppers UK Ltd (rappreżentant: K. Van Maldegem, avukat)
Partijiet oħra fil-proċedura: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA), Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet tal-appellanti
—
tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-95/10; u
—
tannulla d-Deċiżjoni ED/68/2009 tal-Aġenzija Ewropea għall-Sustanzi Kimiċi (ECHA) (id-“Deċiżjoni kkontestata”) li tidentifika Żejt tal-Antraċen (baxx) bħala sustanza li għandha tiġi inkluża fil-Lista ta’ Kandidati skont l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 (“REACH”) (1) , jew
—
sussidjarjament, tirrinvija l-kawża lura lill-Qorti Ġenerali sabiex tiddeċiedi dwar ir-rikors tal-annullament tal-appellanti; u
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri (inklużi l-ispejjeż quddiem il-Qorti Ġenerali).
Aggravji u argumenti prinċipali
L-appellanti jissottomettu li, billi ċaħdet ir-rikors għall-anullament parzjali fir-rigward tad-deċiżjoni kkontestata, il-Qorti Ġenerali kisret id-dritt Komunitarju. B’mod partikolari, l-appellanti jallegaw li l-Qorti Ġenerali wettqet numru ta’ żbalji fl-interpretazzjoni tagħha tal-qafas legali applikabbli għas-sitwazzjoni tal-appellanti. Dan irriżulta fit-twettiq ta’ numru ta’ żbalji ta’ liġi mill-Qorti Ġenerali, b’mod partikolari:
—
billi ddeċidiet li l-kawża kienet tikkonċerna fatti xjentifiċi u tekniċi kumplessi u li l-identifikazzjoni taż-żejt tal-antraċen (baxx) bħala li fih kwalitajiet PBT u vPvB abbażi tal-kostitwenti tiegħu f’konċentrazzjoni ta’ mill-inqas 0.1 % ma kinitx ivvizzjata minn żball manifest;
—
li l-kostitwenti ma għandhomx għalfejn ikunu identifikati individwalment bħala li fihom kwalitajiet PBT jew vPvB f’deċiżjoni separata tal-ECHA bbażata fuq evalwazzjoni profonda għal dak il-għan;
—
li l-Artikolu 59(3) u l-Anness XV ta’ REACH ma ġewx miksura minħabba li ma ġietx inkluża informazzjoni dwar sustanzi alternattivi fl-Anness XV tal-fajl; u
—
li ma kienx hemm l-ebda ksur tal-prinċipju tat-trattament ugwali
Għall dawn ir-raġunijiet l-appellanti jitolbu li s-sentenza tal-Qorti Ġenerali fil-Kawża T-95/10 u d-deċiżjoni kkontestata għandhom jiġu annullati.
(1) Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni, ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1
Full & Egal Universal Law Academy