3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/4
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Darmstadt (il-Ġermanja) fit-28 ta’ Mejju 2013 — Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment ta’ G.T. GmbH) vs H. K.
(Kawża C-295/13)
(2013/C 226/07)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Darmstadt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Rechtsanwalt H (amministratur ta’ proċedura ta’ falliment dwar l-assi ta’ G.T. GmbH)
Konvenuta: H. K.
Domandi preliminari
dwar l-interpretazzjoni tal-Artikoli 1(2)(b) u 5(1)(a) u (b) kif ukoll 5(3) tal-Konvenzjoni dwar il-ġuriżdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (1) (il-“Konvenzjoni ta’ Lugano II”) u tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000, tad-29 ta’ Mejju 2000, dwar proċedimenti ta’ falliment (2) (ir-“Regolament Nru 1346/2000”):
(1)
Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandhom ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija?
(2)
Il-qorti tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu nbdiet il-proċedura ta’ insolvenza li tikkonċerna l-patrimonju tad-debitriċi għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni mressqa mill-amministratur tal-proċedura ta’ falliment kontra d-direttur tad-debitriċi għall-ħlas lura ta’ pagamenti li saru wara li l-kumpannija saret insolventi jew wara li ġie kkonstatat dejn eċċesiv tal-kumpannija, fil-każ li d-direttur ma huwiex iddomiċiljat fi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea, iżda fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
(3)
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000?
(4)
Jekk l-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda ma taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament Nru 1346/2000 jew jekk il-ġurisdizzjoni tal-qorti ma testendix f’dan ir-rigward għal direttur iddomiċiljat fi Stat li huwa parti kontraenti mill-Konvenzjoni ta’ Lugano II:
hemm għalhekk inkwistjoni kawża ta’ falliment fis-sens tal-Artikolu 1(2)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
(5)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda:
(a)
Il-qorti tal-Istat Membru li fih id-debitriċi għandha s-sede tagħha għandha ġurisdizzjoni sabiex tiddeċiedi dwar azzjoni bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda skont l-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
(i)
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt materji kuntrattwali fis-sens tal-Artikolu 5(1)(a) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
(ii)
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt kuntratt ta’ provvista ta’ servizzi fis-sens tal-Artikolu 5(1)(b) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
b)
L-azzjoni msemmija fl-ewwel domanda taqa’ taħt materji delittwali jew kważi-delittwali fis-sens tal-Artikolu 5(3) tal-Konvenzjoni ta’ Lugano II?
(1) ĠU 2009, L 147, p. 5.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy