27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/11
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance d’Orléans (Franza) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Facet SA, BNP Paribas Personal Finance SA, vs Saïda Bouchelaghem, Nathalie Cousin, Clémentine Benoni, Hili Aziz, Mohamed Zouhir, Jean Morel, Jalid Anissa, Marine Bourreau, Anthony Cartier, Patrick Rousselière, Karine Lenfant
(Kawża C-298/13)
2013/C 215/15
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’instance d’Orléans
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Facet SA, BNP Paribas Personal Finance SA
Konvenuti: Saïda Bouchelaghem, Nathalie Cousin, Clémentine Benoni, Hili Aziz, Mohamed Zouhir, Jean Morel, Jalid Anissa, Marine Bourreau, Anthony Cartier, Patrick Rousselière, Karine Lenfant
Domandi preliminari
(1)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur (1), għandha tiġi interpretata fis-sens li l-qorti għandha teżamina ex officio l-osservanza tad-dispożizzjonijiet tagħha u tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jirriżultaw minnha?
(2)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kreditur huwa meqjus li wettaq l-obbligi prekuntrattwali tiegħu abbażi tad-dritt intern li jittrasponi d-direttiva, meta jittrażmetti biss lill-qorti l-ftehim ta’ kreditu stabbilit skont l-Artikolu 10 tad-direttiva, mingħajr ma jibgħat kwalunkwe dokument ieħor li jistabbilixxi l-osservanza tal-obbligi prekuntrattwali tiegħu?
(3)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-prova tat-twettiq tal-obbligi tal-kreditur fir-rigward tal-konsumatur, hekk kif previsti mid-dritt intern li jittrasponi d-direttiva, ma hijiex stabbilita fil-każ fejn il-kreditur jonqos milli jipproduċi quddiem il-qorti d-dokumenti li jistabbilixxu l-kontenut tal-informazzjoni mogħtija lill-konsumatur u tal-informazzjoni miġbura sabiex tiġi evalwata l-affidabbiltà finanzjarja tiegħu, mingħajr ma jkun hemm lok li l-oneru tal-prova ta’ dawn in-nuqqasijiet jitqiegħed fuq il-konsumatur?
(4)
In-nuqqas tal-kreditur li jwettaq obbligi prekuntrattwali ta’ informazzjoni jew ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur previsti mid-dritt intern li jirriżulta mid-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, jikkostitwixxi prattika kummerċjali żleali fis-sens tad-Direttiva 2005/29/CE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern (2)?
(5)
Id-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur, għandha tiġi interpretata, jekk ikun il-każ fid-dawl tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali, fis-sens li n-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi ta’ informazzjoni prekuntrattwali jew ta’ evalwazzjoni tal-affidabbiltà finanzjarja tal-konsumatur meħtieġa mid-dritt intern li jittrasponi d-direttiva, ma jippermettix li l-kreditur jirkupra l-flus li għadhom dovuti mid-debitur fejn in-nuqqas ta’ dan tal-aħħar li jħallas jista’ jkun dovut għan-nuqqas tal-kreditur milli jwettaq l-obbligi tiegħu?
(1) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-23 ta’ April 2008, dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).
(2) Id-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-11 ta’ Mejju 2005, dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (“Direttiva dwar Prattiċi Kummerċjali Żleali”) (ĠU L 149, p. 22).
Full & Egal Universal Law Academy