3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour constitutionnelle (il-Belġju) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Isabelle Gielen vs Conseil des ministres
(Kawża C-299/13)
(2013/C 226/08)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Cour constitutionnelle (il-Belġju)
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Isabelle Gielen
Konvenut: Conseil des ministres
Domanda preliminari
L-Artikolu 5(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 2008/7/KE (1), tat-12 ta’ Frar 2008, dwar it-taxxi indiretti fuq il-ġbir tal-kapital, għandu jiġi interpretat fis-sens li huwa jipprekludi l-ġbir ta’ taxxa fuq konverżjoni ta’ titoli ta’ possessjoni f’titoli nominativi jew f’titoli żmaterjalizzati (mhux f’forma kartaċea) imposta bil-liġi u, f’każ ta’ risposta fl-affermattiv, tali taxxa tista’ tiġi ġġustifikata abbażi tal-Artikolu 6 tad-direttiva ċċitata iktar ’il fuq?
(1) ĠU L 46, p. 11.
Full & Egal Universal Law Academy