3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana (Spanja) fit-30 ta’ Mejju 2013 — Ayuntamiento de Benferri vs Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
(Kawża C-300/13)
(2013/C 226/09)
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Qorti tar-rinviju
Tribunal Superior de Justicia de la Comunidad Valenciana, Sala de lo Contencioso-Administrativo, Sección 1
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ayuntamiento de Benferri
Konvenuti: Consejería de Infraestructuras y Transporte, Iberdrola Distribución Eléctrica SAU
Domandi preliminari
(1)
Il-kunċett ta’ “[i]l-bini ta’ kejblijiet ta’ l-elettriku fil-għoli b’voltaġġ ta’ 220 kV jew iktar u tul ta’ iktar minn 15-il km” li jinsab fil-punt 20 tal-Anness I tad-Direttiva 85/337 (1), kif emendata bid-Direttiva 97/11, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet elettriċi li dan ikopri huma l-kejblijiet tal-elettriku fil-għoli li jilħqu dawn iż-żewġ limiti?
(2)
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337, kif emendata bid-Direttiva 97/11 (2), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-uniċi installazzjonijiet ta’ trażmissjoni ta’ enerġija elettrika li dan ikopri huma l-kejblijiet fil-għoli? Fil-każ ta’ risposta negattiva:
(3)
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni?
(4)
Il-kunċett ta’ “[…] it-trasmissjoni ta’ l-enerġija elettrika permezz ta’ kejblijiet fil-għoli” li jinsab fil-punt 3(b) tal-Anness II tad-Direttiva 85/337 għandu jiġi interpretat fis-sens li dan ikopri s-substazzjonijiet ta’ trasformazzjoni, minkejja li l-bini jew l-estensjoni tagħhom iseħħ permezz ta’ proġett li ma jinkludix il-bini ta’ kejbil fil-għoli?
(1) Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).
(2) Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, li temenda d-Direttiva 85/337/KEE dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 3, p. 151).
Full & Egal Universal Law Academy