31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rechtbank van eerste aanleg te Brussel (il-Belġju) fl-4 ta’ Ġunju 2013 — LVP NV vs Belgische Staat
(Kawża C-306/13)
2013/C 252/30
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank van eerste aanleg te Brussel
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: LVP NV
Konvenut: Belgische Staat
Domanda preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1964/2005, tad-29 ta’ Novembru 2005, dwar ir-rati ta’ tariffa għall-banana (ĠU 2008, L 334M, p. 649), kif applikat mill-Unjoni Ewropea matul il-perijodu mill-1 ta’ Jannar 2006 sal-15 ta’ Diċembru 2009, jikser l-Artikoli I, XIII(1) u (2)(d), XXVIII, u/jew kwalunkwe dispożizzjoni oħra applikabbli tal-GATT 1994, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, sa fejn jistabbilixxi rata ta’ tariffa ta’ EUR 176 għal kull tunnellata applikabbli għall-banana (Kodiċi NM 0803 00 19), bi ksur tal-konċessjonijiet tal-banana nnegozati mill-KE, qabel ma ġie nnegozjat ftehim ġdid fuq dan il-punt fil-kuntest tad-WTO?
Full & Egal Universal Law Academy