27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Helsingborgs tingsrätt (l-Isvezja) fil-5 ta’ Ġunju 2013 — Åklagarkammaren i Helsingborg vs Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
(Kawża C-307/13)
2013/C 215/16
Lingwa tal-kawża: L-Isvediż
Qorti tar-rinviju
Helsingborgs tingsrätt
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Åklagarkammaren i Helsingborg
Konvenuti: Lars Ivansson, Carl-Rudolf Palmgren, Kjell Otto Pehrsson u Håkan Rosengren
Domandi preliminari
(1)
It-tqassir tal-iskeda għall-implimentazzjoni mill-1 ta’ Mejju 2003 sal-15 ta’ April 2003 li seħħ bl-introduzzjoni tal-Artikolu 9 tad-Digriet dwar il-protezzjoni tal-annimali (djurskyddsförordningen, 2003:105) iwassal għall-obbligu li l-Isvezja, bħala Stat Membru, għandha tikkomunika abbozz ġdid, konformament għat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 8(1) tad-Direttiva 98/34/KE (1)?
(2)
Fil-każ li r-risposta għall-ewwel domanda tkun li kellha sseħħ komunikazzjoni ġdida, liema huma l-konsegwenzi legali tal-fatt li din il-formalità ma ġietx segwita?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 20, p. 337.
Full & Egal Universal Law Academy