31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Centrale Raad van Beroep (Il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-7 ta’ Ġunju 2013 — O. Tümer vs Raad van bestuur van het Uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen
(Kawża C-311/13)
2013/C 252/31
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Centrale Raad van Beroep
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: O. Tümer
Konvenut: Raad van bestuur van het uitvoeringsinstituut werknemersverzekeringen (Uwv)
Domanda preliminari
Fid-dawl ukoll tal-Artikolu 137(2) tat-Trattat KE (attwalment l-Artikolu 153(2) TFUE) li huwa l-bażi legali tagħha, huwa xieraq li d-Direttiva dwar l-Insolvenza u, b’mod partikolari, l-Artikoli 2, 3 u 4 tagħha, jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik stabbilita fl-Artikoli 3(3) u 61 [tal-Werkloosheidswet], li tgħid li l-barrani ċittadin ta’ pajjiż terz li ma għandux residenza legali fil-Pajjiżi l-Baxxi fis-sens tal-Artikolu 8(a) sa (e) u (l) tal-Vreemdelingenwet 2000, ma huwiex ikkunsidrat bħala ħaddiem impjegat; l-istess bħas-sitwazzjoni tal-appellant li ressaq talba għal kumpens għal insolvenza, li għandu jikklassifika bħala ħaddiem impjegat fid-dritt ċivili u li jissodisfa l-kundizzjonijiet l-oħra għall-għoti tal-imsemmi kumpens?
Full & Egal Universal Law Academy