27.7.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 215/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fl-10 ta’ Ġunju 2013 — Gérard Fenoll vs Centre d’aide par le travail La Jouvene, Association de parents et d’amis de personnes handicapées mentales (APEI)
(Kawża C-316/13)
2013/C 215/17
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Gérard Fenoll
Konvenuti: Centre d’ide par le travail La Jouvene, Association de parents et d’amis de personnes handicapées mentales (APEI)
Domandi preliminari
(1)
L-Artikolu 3 tad-Direttiva 89/391/KEE (1), li jirreferu għalih id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 1 tad-Direttiva 2003/88/KE, tal-4 ta’ Novembru 2003 (2), li tiddetermina l-kamp ta’ applikazzjoni, għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna ammessa f’ċentru ta’ għajnuna għax-xogħol tista’ tiġi deskritta bħala “ħaddiem” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 3?
(2)
L-Artikolu 31 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li persuna bħal dik deskritta fid-domanda preċedenti tista’ tiġi kklassifikata bħala “ħaddiem” fis-sens tal-imsemmi Artikolu 31?
(3)
Persuna bħal dik deskritta fl-ewwel domanda tista’ tagħmel użu direttament mid-drittijiet tagħha taħt il-Karta sabiex tikseb drittijiet għal leave bi ħlas jekk il-leġiżlazzjoni nazzjonali ma tipprovdix li hija tgawdi minn tali drittijiet u l-qorti nazzjonali għandha, sabiex tiżgura l-effett sħiħ ta’ dan id-dritt, tħalli mhux applikabbli kwalunkwe dispożizzjoni ta’ dritt nazzjonali kuntrarja?
(1) Direttiva tal-Kunsill 89/391/KE, tat-12 ta’ Ġunju 1989, dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349).
(2) Direttiva 2003/88/KE,tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-4 ta’ Novembru 2003, li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381).
Full & Egal Universal Law Academy