3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Bolzano (l-Italja) fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Ulrike Elfriede Grauel Rüffer vs Katerina Pokorná
(Kawża C-322/13)
(2013/C 226/16)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Bolzano
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Ulrike Elfriede Grauel Rüffer
Konvenuta: Katerina Pokorná
Domanda preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikoli 18 u 21 TFUE tipprekludi l-applikazzjoni ta’ dispożizzjonijiet legali nazzjonali bħal dawk li huma s-suġġett tal-kawża prinċipali, li jikkonferixxu d-dritt li tintuża l-lingwa Ġermaniża fil-kawżi ċivili li jitressqu quddiem il-qrati tal-provinċja ta’ Bolzano biss lil ċittadini Taljani ddomiċiljati fl-imsemmija muniċipalità, bl-esklużjoni ta’ ċittadini ta’ Stati Membri oħra tal-Unjoni, irrispettivament minn jekk jirrisjedux jew le f’din il-muniċipalità?
Full & Egal Universal Law Academy