31.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 252/21
Rikors ippreżentat fit-13 ta’ Ġunju 2013 — Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Repubblika Taljana
(Kawża C-323/13)
2013/C 252/33
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Pignataro-Nolin u A. Alcover San Pedro, aġenti)
Konvenuta: Ir-Repubblika Taljana
Talbiet
—
tiddikjara li, peress li parti mill-iskart muniċipali mitfugħ fil-landfills tas-SubATO ta’ Ruma, inkluża dik ta’ Malagrotta, u f’dawk tas-SubATO Latina ma tiġix sottoposta għal trattament li jinkludi selezzjoni adegwata tad-diversi tipi ta’ skart u l-istabbilizzazzjoni tat-tip ta’ skart organiku, u peress li fil-Lazio ma nħoloqx netwerk integrat u adegwat ta’ impjanti għall-ġestjoni tal-iskart b’teħid inkunsiderazzjoni tal-aħjar tekniki disponibbli, ir-Repubblika Taljana naqset milli twettaq l-obbligi tagħha imposti bl-Artikolu 6(a) tad-Direttiva 1999/31/KE (1), moqri flimkien mal-Artikolu 1(1) tad-Direttiva 1999/31/KE u mal-Artikoli 4 u 13 tad-Direttiva 2008/98/KE (2) u bl-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2008/98/KE.
—
tikkundanna lir-Repubblika Taljana għall-ispejjeż.
Motivi u argumenti prinċipali
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 1999/31/KE skada fis-16 ta’ Lulju 2001.
It-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva 2008/98/KE skada fit-12 ta’ Diċembru 2010.
(1) Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April tal-1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’terraferma [landfill] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 228).
(2) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU L 312, p. 3).
Full & Egal Universal Law Academy