3.8.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 226/9
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour d’appel de Bruxelles (il-Belġju) fis-17 ta’ Ġunju 2013 — Burgo Group SpA vs Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA
(Kawża C-327/13)
(2013/C 226/17)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour d’appel de Bruxelles
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Burgo Group SpA
Konvenuta: Illochroma SA, fi stalċ, Jérôme Theetten, li jaġixxi bħala likwidatur tal-kumpannija Illochroma SA
Domandi preliminari
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 [tad-29 ta’ Mejju 2000] dwar proċedimenti ta’ falliment (1), b’mod partikolari fl-Artikoli 3, 16, 27, 28 u 29 tiegħu għandu jiġi interpretat fis-sens li:
(a)
“stabbiliment” imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu jinftiehem bħala fergħa tad-debitur li nfetħu kontrih il-proċedimenti prinċipali u jipprekludi li, fil-kuntest tal-istralċ fl-istess waqt ta’ diversi kumpanniji li jagħmlu parti mill-istess grupp, dawn jistgħu jkunu s-suġġett ta’ proċedimenti sekondarji fl-Istat Membru li fih huma għandhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom, għaliex għandhom personalità ġuridika?
(b)
il-persuna jew awtorità li tista’ titlob il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji għandu jkollha d-domiċilju jew l-uffiċċju prinċipali tagħha fit-territorju tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jintalbu dawn il-proċedimenti jew dan id-dritt għandu jiġi rriżervat għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni, sakemm juru l-eżistenza ta’ rabta legali mal-istabbiliment ikkonċernat?
(c)
ladarba l-proċedimenti prinċipali ta’ falliment huma proċedimenti ta’ stralċ, il-ftuħ ta’ proċedimenti sekondarji ta’ falliment ta’ stabbiliment jista’ jiġi ordnat biss jekk jissodisfa kriterji ta’ espedjenza li jitħallew għall-evalwazzjoni tal-qorti tal-Istat Membru li quddiemha jitressqu l-proċedimenti sekondarji?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 1, p. 191.
Full & Egal Universal Law Academy