7.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 260/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunalul Sibiu (ir-Rumanija) fit-18 ta’ Ġunju 2013 — Ilie Nicolae Nicula vs Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
(Kawża C-331/13)
2013/C 260/40
Lingwa tal-kawża: ir-Rumen
Qorti tar-rinviju
Tribunalul Sibiu
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ilie Nicolae Nicula
Konvenuti: Administrația Finanțelor Publice a Municipiului Sibiu, Administrația Fondului pentru Mediu
Domandi preliminari
Id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, tal-Artikoli 17, 20 u 21 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, tal-Artikolu 110 TFUE, kif ukoll il-prinċipji ta’ ċertezza legali u ta’ non reformatio in peius li jirriżultaw mid-dritt Komunitarju u mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (1), jistgħu jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet bħal dawk tad-Digriet b’urġenza Nru 9/2013?
(1) Sentenzi tat-3 ta’ Diċembru 1998, Belgocodex (C-381/97, Ġabra p. I-8153) u tat-12 ta’ Ottubru 1978, Belbouab (10/78, Ġabra p. 1915).
Full & Egal Universal Law Academy