21.9.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 274/3
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Kúria (l-Ungerija) fid-19 ta’ Ġunju 2013 — Weigl Ferenc vs Nemzeti Innovációs Hivatal
(Kawża C-332/13)
2013/C 274/05
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Kúria
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Weigl Ferenc
Konvenut: Nemzeti Innovációs Hivatal
Domandi preliminari
(1)
Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandhiex tiġi kkunsidrata bħala applikabbli għar-rabta legali ta’ uffiċjali tal-gvern u uffiċjali pubbliċi?
(2)
L-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li d-dispożizzjoni li tinsab fih, dwar il-protezzjoni f’każ ta’ tkeċċija mhux ġustifikata, għandha tiġi applikata b’mod indipendenti miċ-ċirkustanza li l-Istat Membru ma jqisx li huwa vinkolanti fil-konfront tiegħu l-Artikolu 24 tal-Karta soċjali Ewropea riveduta?
(3)
F’każ ta’ risposta pożittiva, l-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi interpretat fis-sens li tikkorrispondi għall-kunċett ta’ “tkeċċija mhux ġustifikata” dispożizzjoni nazzjonali skont liema, fil-każ ta’ tkeċċija ta’ uffiċjal tal-gvern, ma huwiex neċessarju li jiġu kkomunikati lil dan tal-aħħar ir-raġunijiet ta’ din it-tkeċċija?
(4)
Il-formulazzjoni “skond il-liġi ta’ l-Unjoni u l-liġijiet u l-prattiċi nazzjonali”, imsemmija fl-Artikolu 30 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-Istat Membru jista’ jistabbilixxi permezz ta’ regola kategorija speċjali ta’ persuni li għalihom ma huwiex obbligatorju li jiġi applikat l-Artikolu 30 tal-Karta f’każ ta’ terminazzjoni tar-relazzjoni legali [ta’ xogħol]?
(5)
Skont ir-risposti għad-domandi minn 2 sa 4, l-Artikolu 51(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għal dak li jirrigwarda l-uffiċjali tal-gvern, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-qrati nazzjonali huma obbligati li ma japplikawx ir-regoli nazzjonali li jmorru kontra l-Artikolu 30 tal-istess Karta?
Full & Egal Universal Law Academy